Nuċċali tax-xemx Sunglasses

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal NUĊĊALI TAX-XEMX għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal NUĊĊALI biż-żewġ idejn forma ta’ L kkurvata li jitqiegħdu preċiż quddiem l-għajnejn. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal XEMX. Id waħda tieħu l-forma ta’ ponn laxk fil-ġenb fil-għoli bil-pala tħares lejn il-ġenb. L-id tinżel ftit ’l isfel lejn il-wiċċ waqt li s-swaba’ jinfetħu u jinfirdu.

The sign for SUNGLASSES has two parts. (i) is made with both hands in the shape of curved L placed right in front of the eyes. (ii) Then the sign for SUN is made. One hand takes the shape of a loose fist at the side at a high level with palm facing the side. The hand moves down a little towards the face whilst the fingers stretch apart outwards.